Sport Sport Ieħor

Golf: Andrew Borg jirbaħ il-Johnny Walker Scratch Challenge Cup

Fil-korsa tal-golf fil-Marsa, intlagħbet il-Johnny Walker Scratch Challenge Cup organizzata mir-Royal Malta Golf Club.

B’kollox ħadu sehem 92 kompetitur bejn plejers Maltin u barranin. Fl-ewwel ġurnata, it-temp xejn ma kien favorevoli bir-riħ li tellef xi ftit lill-plejers għalkemm il-kundizzjonijiet tjiebu ferm fit-tieni ġurnata.

Fl-ewwel post spiċċa Andrew Borg, qabel JJ Micallef u Ruud Critien. The Scratch Challenge Cup hi waħda mill-iktar kompetizzjonijiet antiki tar-Royal Malta Golf Club fejn ilha tkun organizzata sa mill-1891.

Sadanittant kienet għaddejja wkoll il Kinnaird Trophy fejn Henry Redknap mill-Ingilterra rebaħ it-trofew. Eżatt warajh spiċċa Panagiotis Baltzis tal-Greċja segwit minn Herbert Froehlich mill-Ġermanja.

Fi tmiem dawn iż-żewġ tournaments, il-kaptan Benjamin Mangion flimkien ma’ Alfred Braddick, rappreżentant tad-ditta Johnny Walker ippreżentaw it-trofej lir-rebbieħa.