Sport Sport Ieħor

Ibburdjar: Il-Flotta tal-ORC European Championships tlesti l-Long Offshore Race

Mill-bidu tat-tellieqa, il-flotta ta’ 38 jott minn 11-il pajjiż esperjenzat diversi kundizzjonijiet ta’ sfida għal-kompetituri. Organizzati mir-Royal Malta Yacht Club u Yachting Malta, il-ħinijiet li wettqu varjaw minn 19-il siegħa 41minuta u 46 sekonda għar-rebbieħ tal-Klassi A, TP 52 BEAU GESTE ta’ Karl Kwok li kkompeta fil-korsa ta’186 mil nawtiku, sa l-Arcona 380 KIBOKO TATU ta’ George Greer u t-tim tiegħu mill-Iżveżja li spiċċa il-151 mil nawtiku fi kważi 29 siegħa.

Ir-riżultati kienu pubblikati f’ħin korrett bl-użu tal-mudell ta’ punteġġ ORC PCS All-Purpose, u għall-Klassi A BEAU GESTE kien rebbieħ ċar fuq Swan 45 BLUE SKY ta’ Claudio Terrieri b’aktar minn sagħtejn u nofs.

Fit-tielet post fi Klassi A il-jott Malti tal-aħwa Aaron, Maya u Christoph Podesta, il-First 45 ELUSIVE II.

L-ewwel li spiċċa fi Klassi B kien il-Club Swan 42 BE WILD ta’ Renzo Grottesi b’ inqas minn 13-il minuta qabel it-tim li rebaħ il-midalja tal-Bronż tal-Klassi B Worlds 2022 mill-Estonja, KATARIINA II ta’ Aivar Tuulberg, li huwa wkoll Club Swan 42. Iż-żewġ jottijiet Swan iżda ġew megħluba minn Grand Soleil 44P ta’ Marcin Sutkowski WINDWHISPER 44 li rebaħ fil-ħin korrett b’distakk ta’ 30 minuta fuq BE WILD.

Fi Klassi C il-flotta baħħret rotta iqsar ta’ 140 mil u spiċċat qabel id-dgħajjes tal-Klassi A u B, b’rebħa għal Vincenzo De Blasio 11.98 SCUGNIZZA. Iċ-Champion tad-Dinja renjanti tal-Klassi C, il-jott Italia 11.98 SUGAR 3 ta’ Ott Kikkas kien inqas minn 8 minuti warajh, filwaqt li fit-tielet post temm M37 HEBE V ta’ Jakoubek Zdenek.

Il-Ġimgħa, 28ta’ April jerġgħu jibdew it-tlielaq bil-fażi li jmiss tal-programm: sa tliet tiġrijiet viċin tax-xatt fuq żewġ korsijiet lejn il-Lvant tal-Belt Valletta.