Lokali

Il-PN jippublika ktieb dwar l-iskandlu tat-tliet sptarijiet ta’ Steward

Id-deputat Karol Aquilina ghadu kif ippubblika ktieb f’isem il-Partit Nazzjonalista bl-isem “L-Akbar Frodi” li jikxef dak li Robert Abela ilu jipprova jaħbi dwar l-iskandlu tat-tliet sptarijiet …immexija minn Steward Healthcare.

Dan il-ktieb jiffoka fuq l-iskandlu tal-bejgħ tal-Isptar San Luqa, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex lil Vitals u Steward – deal li sar minn Joseph Muscat u li inżamm minn Robert Abela.

Waqt żjara li għamel fl-istamperija fejn qed jiġi printjat dan il-ktieb…il-Kap tal-PN, Bernard Grech spjegalna l-importanza ta’ pubblikazzjoni bħal din hekk kif in-nies għandhom bżonn jgħarfu verament x’seħħ mill-Gvern Laburista.

Id-Deputat Nazzjonalista, Karol Aquilina spjegalna kif dan il-ktieb inkiteb biex ikun iddokumentat dak kollu li seħħ fl-aħħar snin.

Id-Deputat Nazzjonalista, Adrian Delia minn naha tieghu qalilna li hu ta’ sodisfazzjoni li jara dak li ġie żvelat fl-aħħar ġimgħat ġie ippublikat fi ktieb biex il-Maltin u l-Għawdxin jifhmu aħjar dak li seħħ.

Wieħed jista’ jordna kopja ta’ dan il-ktieb billi jagħti donazzjoni ta’ €25 lill-Partit Nazzjonalista permezz ta’:

  • BOV Mobile fuq in-numru 7710 5905 billi tinkludi n-numru tal-Karta tal-Identità tiegħu u l-isem tal-ktieb fid-dettalji tal-pagament.
  • Donazzjoni fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

Il-ktieb se jkun jista’ jinġabar u jinkiseb waqt il-Protesta li l-Partit Nazzjonalista qed jorganizza t-Tnejn li ġej fi Gwardamanġa.