“Il-Partit Nazzjonalista irid ikompli jinvesti fil-ħaddiema sabiex ikollhom il-kwalitá ta’ ħajja li vera tixirqilhom.”
Dan qalu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech hekk kif il-Ħamis kompla bis-sensiela ta’ żjarat f’postijiet tax-xogħol bħala parti mill-attivitajiet li jfakkru Jum il-Ħaddiem.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech żar il-lukanda Kempsinski f’San Lawrenz Għawdex, fejn hemmhekk hu dar iż-żoni fejn isir ix-xogħol minn wara l-kwinti li hu essenzjali biex ikun provdut l-aqwa servizz lit-turisti kif ukoll lill-Maltin.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista intlaqa’ minn tnejn mis-sidien tal-lukanda l-aħwa Michele u Janice Baldacchino … u flimkien mal-management tal-lukanda, żar il-kċejjen, il-laundry kif ukoll il-canteen tal-ħaddiema.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista faħħar il-ħidma tal-management u l-istaff fejn, bogħod mill-għajn, isir ħafna xogħol biex jittella’ prodott tal-għola kwalita’.
Min-naħa tagħhom, Michele u Janice Baldacchino irringrazzjaw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista għaż-żjara, filwaqt illi saħqu li l-lukanda Kempinski ilha topera għal dawn l-aħħar 24 sena u kisbet reputazzjoni li tospita fost l-oħrajn personalitajiet ta’ fama internazzjonali.

Bernard Grech kien akkumpanjat mid-deputat u Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għal Għawdex Alex Borg, is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino, kif ukoll is-sindku ta’ San Lawrence Noel Formosa.
Intant fl-istess ġurnata…. il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar ukoll attività soċjali f’Marsalforn organizzata mill-Partit Nazzjonalista fejn iltaqa’ ma’ diversi persuni illi spjegawlu l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-Għawdxin….u kif fil-Partit Nazzjonalista jaraw tama għal xogħol aħjar u ħajja li verament tixraqilhom.
Finalment Bernard Grech żar ukoll il-lokalità tax-Xagħra fejn hemm iltaqa’ mal-bejjiegħa u diversi ħaddiema oħra.

