F’Iżrael komplew il-protesti tal-massa favur u kontra l-pjani tal-Gvern biex jirriforma l-ġudikatura – b’għexieren ta’ eluf ta’ Iżraeljani, din id-darba, imexxu d-dimostrazzjonijiet f’Ġerusalemm favur il-pass kontroversjali.
Id-dimostrazzjoni saret b’reazzjoni għall-aħħar protesti kbar kontra r-riformi u li kienu jinkludu strajk nazzjonali u azzjoni mir-riservisti tal-Armata li warrbu mis-servizz militari biex juru l-għadab għall-pjan intiż biex jonqos il-kontroll tal-Qorti Suprema ta’ Iżrael – bil-Gvern ikollu influwenza akbar fuq il-ħatriet tal-Maġistrati.
Intant, l-għexieren tal-Iżraeljani fl-aħħar sigħat, insistew favur ir-riforma għall-ġudikatura f’din is-sitwazzjoni delikata għall-pajjiż u meta d-dimostrazzjonijiet u l-kontro-protesti mistennija jkomplu fl-ibliet ta’ Ġerusalemm u Tel Aviv.
//= $special ?>