Stewart Said
SIRENS…………………………… 8
SLIEMA FRANK SALT…. 12
(2-3), (1-3), (2-5), (3-1)
Rebħa mingħajr wisq diffikultà għal Sliema Frank Salt. Gowls minn Liam Galea u Benji Cachia dawru l-vantaġġ favur Sliema għall-ewwel darba fl-ewwel sessjoni. Sliema komplew jikkonsolidaw il-vantaġġ tagħhom u doppjetta ta’ Cachia kabbret il-vantaġġ għal 6-3.
Is-Slimiżi aċċertaw mir-rebħa fit-tielet sessjoni minkejja li Sirens pruvaw jibqgħu fil-logħba, biż-żewġ gowls konsekuttivi ta’ Jayden Cutajar jagħmlu l-iskor 11-5. Fl-aħħar sessjoni huma komplew jamministraw bl-uniku konsolazzjoni ta’ Sirens tkun li tal-anqas rebħu l-aħħar sessjoni.
Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan, J. Cachia (1), J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia (2), M. Chircop (1), K. Agius, G. Sammut (1), M. Cutajar, M. Sciberras (2), M. Azzopardi, M. Bonello Dupuis
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (3), L. Galea (1), D. Rizzo, S. Engerer, B. Cachia (3), J. Cutajar (2), M. Mifsud (1), J. Brownrigg, E. Schembri, Z. Mizzi, D. Zammit (1), A. Bugeja, J. Sciberras (1)
Referees: Alex De Raffaele, Ronnie Spiteri
Rebħiet għal Otters u Marsaxlokk fl-Ewwel Diviżjoni
OTTERS NIVEA……………… 7
TA’ XBIEX AMIGOS………. 5
(3-0), (2-1), (2-3), (0-1)
Otters Nivea temmew l-Ewwel Diviżjoni fit-tielet post b’rebħa f’konfront dirett. Huma bnew vantaġġ ta’ tliet gowls fl-ewwel sessjoni, liema distakk għamilha diffiċli għal Ta’ Xbiex. Luigi Dimech u Mark Meli kabbru l-vantaġġ għal 5-0 fit-tieni sessjoni sakemm Malcolm Manara naqqas id-distakk.
Ta’ Xbiex ittantaw jidħlu fil-logħba fit-tielet sessjoni u b’doppjetta ta’ Matthias Bonnici u gowl ta’ Luke Grech Carr naqqsu d-distakk għal 7-4. Għalkemm Lee Montebello Brownrigg naqqas id-distakk għal żewġ gowls biss fil-bidu tal-aħħar sessjoni, Ta’ Xbiex ma għarfux jieħdu vantaġġ minn erba’ man-ups.
Otters: M. Xerri, D. Dimech (1), K. Scicluna (1), K. Micallef, M. Meli (2), I. Azzopardi, S. Dimech (1), L. Dimech (2), K. Saliba, M. Farrugia, A. Dimech
Ta’ Xbiex: M. Sladden, M. Bonnici (2), M. Manara (1), L. Grech Carr (1), L. Falzon, L. Montebello Brownrigg (1), J. Saliba, J. Farrugia, R. Mock, J. Culic, Z. Bartolo, M. Curmi, I. Schembri
Referees: Richard Magri, Peter Balzan
MARSAXLOKK BROWN’S…… 11
BARRACUDAS………………………. 9
(2-1), (6-1), (1-5), (2-2)
Marsaxlokk Brown’s għalqu l-kampjonat tagħhom bl-ewwel rebħa fl-Ewwel Diviżjoni. F’konfront bejn żewġ timijiet li kienu għadhom mingħajr punt, ħarġu rebbieħa f’konfront li fih ix-Xlukkajri setgħu tilfu dak li bnew.
Sal-bidu tat-tieni sessjoni, Barracudas kienu rkupraw żvantaġġ doppju iżda Marsaxlokk wieġbu b’sitt gowls konsekuttivi għal vantaġġ ta’ 8-2. Minkejja d-distakk, Barracudas wettqu reazzjoni u b’ħames gowls (tlieta minnhom ta’ Aleandro Mifsud), qatgħu d-distakk għal 9-7 biss. Madankollu huma setgħu biss jersqu gowl bogħod, bil-penalty ta’ Cain Cutajar itemm it-tama ta’ rimonta.
Marsaxlokk: S. Mifsud, M. Lanzon, B. Zammit (1), M. Aquilina, E. Bonnici (2), J. Valletta (1), M. Farrugia (1), J. Pawley, G. Gatt, C. Cutajar (1), J. Borg Tabone, S. Mifsud (4), M. Brimmer, A. Aquilina (1), D. Cordina
Barracudas: C. Bugeja, J. Erdogan, A. Magri (1), P. Micallef, D. Ciantar, R. Sciortino (1), J. Bugeja (1), C. Attard, C. Bugeja, S. Apap, A. Mifsud (5), T.J. Mifsud (1), L. Abela, S. Debono Grech, A. Grima Scott
Referees: Massimo Angileri, Stefan Licari
Logħob ta’ għada:
Valletta v Exiles 3.00pm
Marsaskala v Birżebbuġa 4.05pm
Neptunes v San Ġiljan 5.10pm
//= $special ?>