Neil Agius mistenni jikser rekord dinji tal-għawm hekk kif ser jipparteċipa fil-100 Mile Swim, tentattiv tal-ewwel rekord dinji fl-itwal għawm mingħajr waqfien fil-baħar miftuħ mingħajr għajnuna. Agius qasam l-idea tiegħu nhar il-Ġimgħa fil-Palma International Boat Show & Superyacht Village.
Matul il-100 Mile Swim, Agius ser jgħum minn Mallorca għal Ibiza, b’għawma ta’ 160km f’ilma miftuħ. Hu qal li mhux biss biex jikser rekord dinji ser iwettaq dan, iżda hu qal li din titfa enfasi dwar il-problema tat-tniġġis u s-sustanzi li jniġġsu fl-ibħra u l-oċeani.
Din l-għawma ser issir lejn l-aħħar ta’ Ġunju, u Agius ser ikun qiegħed jitħarreġ b’mod intensiv għaliha. Miegħu għandu tim ta’ madwar 25 voluntier u professjonisti li ser ikunu qegħdin jgħinuh jibqa sigur u b’saħħtu għall din l-isfida.
Neil Agius diga kiseb rekord dinji ieħor hekk kif għawm 125km minn Linosa għal Xlendi f’50 siegħa f’Ġunju ta’ 2021. Dan għamlu biex iqajjem kuxjenza fuq l-inizjattiva tiegħu, Wave of Change, fejn ħeġġeġ lil kulħadd jiġbor sitt biċċiet plastik kull wieħed mill-baħar.
//= $special ?>