Newcastle United għamlu pass importanti lejn kwalifikazzjoni fil-UEFA Champions League meta kisbu rebħa kbira ta’ 4-1 f’Goodison Park kontra Everton.
Għal Everton jikbru l-problemi fejn dawn baqgħu fil-post ta’ qabel l-aħħar bi 28 punt.
Għal Newcastle doppjetta ta’ Wilson u gowl ieħor ta’ Joelinton qabel McNeil skorja gowl ta’ konsolazzjoni għal Everton.
Fil-81 minuta Murphy skorja r-raba’ u l-aħħar gowl ta’ Newcastle.
Bournemouth kisbu rebħa prezzjuża għand Southampton f’konfront dirett fejn b’din it-telfa Southampton huma issa kważi relegati.
Il-gowl ta’ Bournemouth kien skorjat minn Tevernier fil-50 minuta.
Tottenham irkupraw żvantaġġ doppju kontra Manchester United fi draw ta’ 2-2.
Sancho u Rashford taw vantaġġ lill-United fl-ewwel taqsima, iżda Pedro Porro u Son salvaw lil Spurs.
Riżultati:
Everton 1-4 Newcastle
Southampton 0-1 B’mouth
Tottenham 2-2 Man Utd