Sharona Grima, tifla ta’ 13-il sena residenti Għawdex, ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija. Hija dehret l-aħħar fl-inħawi tar-Rabat, Għawdex.
Sharona mhux l-ewwel darba li ġiet irrapurtata nieqsa hekk kif f’Ġunju li għadda kien sar rapport simili dwarha.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.
//= $special ?>