It-tim ta’ Loughgall mill-Irlanda ta’ Fuq rebaħ il-kampjonat Championship, biex se jkun qed jilgħab fil-Premier League għall-ewwel darba.
Fattur interessanti hu li dan il-lokal jgħixu fih biss madwar 300 persuna. Dan il-fattur jagħmel lil din il-lokalità bħala l-iżgħar, b’tim rappreżentat fl-ogħla diviżjoni tal-kampjonat tal-futbol fl-Ewropa għall-istaġun li ġej.
Loughgall laħqu ftehim ma’ Glenavon FC biex ikunu jistgħu jużaw l-istadium tagħhom, il-Mourneview Park biex jilagħbu l-lobiet home fih minħabba li l-istadium tagħhom mhux atrezzat biżżejed għall-għola diviżjoni.
It-Tim ta’ Loughgall għandu vantaġġ ta’ tmien punti fuq it-tim ta’ Warrenpoint Town u jilagħbu l-aħħar partita tagħhom nhar il-Ħadd li ġej fil-17:00 kontra t-tim ta’ Ballyclare Comrades.
//= $special ?>