Fl-aħħar sigħat, l-attakki tar-Russi laqtu diversi bliet madwar l-Ukrajna, inkluż il-kapitali Kiev; attakki li fihom inqatlu mill-inqas tlettax-il persuna.
Sitt persuni mietu u disgħa ttieħdu l-isptar fil-belt ċentrali ta’ Uman wara li missili laqtu bini residenzjali.
Skont rapporti, mara u bintha ta’ tliet snin inqatlu fil-belt ta’ Dnipro. Dan apparti li kien hemm ukoll splużjonijiet f’żewġt ibliet oħra.
Il-kap tal-amministrazzjoni militari tal-belt ta’ Kiev qal li dan kien l-ewwel attakk b’missili Russi fuq il-kapitali f’51 jum. Għalkemm fil-kapitali….ma kien hemm ebda rapporti ta’ nies illi inqatlu.
Uffiċjali Ukreni ikkonfermaw li 21 minn 23 missila u żewġ drones ġew imwaqqgħin mis-sistema tad-difiża tal-ajru tal-Ukrajna.
//= $special ?>