Futbol Sport

Draw drammatiku bejn Roma u Milan fi Stadio Olimpico

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Olimpico draw drammatiku ta’ 1-1 bejn Roma u Milan f’partita bejn żewġ timijiet li jinsab fit-taqtiegħa li jiksbu post fil-UEFA Champions League l-istaġun li ġej. B’dan id-draw iż-żewġ timijiet baqgħu bl-istess punti, b’57 punt kull wieħed, b’Milan jinsabu fir-raba’ post b’Roma fil-ħames post. Roma ħasbu li skorjaw il-gowl tar-rebħa fl-94 minuta meta Mehmet Celik għadda lejn Tammy Abraham li b’xutt fil-baxx għeleb lil Mike Maignan għal 1-0. Minkejja dan fis-97 minuta Milan kisbu d-draw meta minn cross ta’ Rafael Leao kien Alexis Saelemaekers li daħal tajjeb u xeħet wara Rui Patricio għal skor finali ta’ 1-1.

F’partita oħra Atalanta għelbu lil Torino bl-iskor ta’ 2-1. Atalanta fetħu l-iskor fl-34 minuta permezz ta’ Davide Zappacosta qabel kien Antonio Sanabria li kiseb id-draw għal Torino fil-75 minuta. Minkejja dan, Atalanta skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-88 minuta meta kien Duvan Zapata li xeħet fix-xibka għal skor finali ta’ 2-1.