Il-Kap tal-Knisja Kattolika ssokta biż-żjara tiegħu fl-Ungerija fejn f’wieħed mill-messaġġi li wassal irringrazzja lill-poplu Ungeriż għall-ospitalità li wera mar-refuġjati Ukreni li qed jaħarbu mill-kunflitt f’pajjiżhom.
Fil-messaġġ tiegħu l-Papa Franġisku tenna li l-knisja trid tkun aktar ta’ eżempju u titkellem bil-lingwa tal-ħniena u l-karità.
F’waħda miż-żjarat li wettaq, il-Papa żar fost l-oħrajn dar li tħares tfal għomja f’Budapest fejn hemm tkellem ma’ dawn it-tfal u fehem aktar l-abbiltajiet u t-talenti li għandhom dawn il-persuni u l-ħidma li qed issir f’din id-dar.
Il-Papa tenna l-ħtieħa li fil-ħajja mgħaġġla li qed ngħixu ta’ kuljum inħaddnu magħna r-realitajiet tal-ħajja u tingħata importaza mistħoqqha lil kulħadd.
Iż-żjara tal-Papa fl-Ungerija tintemm nhar il-Ħadd biċ-ċelebrazzjoni ta’ quddiesa fil-pjazza li tinsab quddiem il-bini tal-Parlament f’Budapest.
//= $special ?>