Il-Partit Nazzjonalista huwa kommess li jibqa’ jaħdem sabiex is-settur turistiku jkompli jikber u jibqa’ jkun magna ekonomika importanti ferm għal pajjiżna. U biex dan isir irid ikun hemm iktar investiment fil-ħiliet tal-ħaddiema għax huma l-qofol ta’ dan is-settur tal-ospitalità.
Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta s-Sibt filgħodu għamel żjara fil-lukanda Westin Dragona f’San Ġiljan.
Mal-wasla tiegħu huwa ntlaqa’ mill-General Manager Michael Camilleri Kamsky, mid-Direttur tal-Operations Jonathan Borg kif ukoll minn Edward Bonello, Direttur tad-dipartiment tas-sales u l-marketing.
Matul din iż-żjara l-Kap tal-PN kellu l-okkażjoni li jara l-frott tal-investiment li din il-lukanda għamlet fl-aħħar snin fosthom madwar 60 suit li dawk kollha li joqogħdu fihom ikollhom esperjenza mill-isbaħ bl-aqwa sevizzi kif ukoll b’veduti mill-isbaħ.
Bernard Grech iltaqa’ ma’ numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fil-kċina, kemm Maltin kif ukoll barranin, hekk kif ta’ kuljum iservu numru kbir ta’ turisti u anke Maltin li jżuru din il-lukanda.
Min-naħa tiegħu Michael Camilleri Kamsky. General Manager ta’ din il-lukanda tkellem dwar l-importanza li pajjiżna joffri l-isbaħ esperjenza lit-turisti kollha li jżuru pajjiżna. Tkellem ukoll dwar kemm għal din il-lukanda, il-ħaddiema huma prijorita. Saħaq li bla dubju li s-settur turistiku huwa wieħed mill-mutur tal-ekonomija Maltija.
Preżenti għal din iż-żjara flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu Mario deMarco kif ukoll il-Kelliem għax-Xogħol Ivan Castillo.
//= $special ?>