“Għandu jkun hemm użu għaqli tar-rizorsi ta’ pajjiżna biex jilqa’ aħjar għall-isfidi miż-żidiet fl-għoli tal-ħajja”. Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-ADPD b’kommemorazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem, li saret dalghodu fis-suq tal-bdiewa f’Ta’ Qali.
L-ADPD spjegaw kif in-nies qegħdin iħossu ż-żidiet fl-għoli tal-ħajja iżjed minn qatt qabel.
Huma ikkritikaw ukoll kliem il-Ministru Clyde Caruana, li qal li Malta qatt mhi ser timplementa ġimgħa ta’ xogħol ta’ erba’ t’ijiem bħalma qed jagħmu pajjiżi oħra, u li minflok xi ħaddiema, bħall-infermiera se jkunu mistennija jaħdmu 56 siegħa fil-ġimgħa.
L-ADPD tkellmu dwar il-proposta tal-’living wage’, kif ukoll li s-sussidji fuq l-enerġija u l-ilma għandhom ikunu biss għal min verament għandu bżonn.
Huma stqarrew ukoll kif minkejja li l-gvern dejjem jiftaħar bit-tkabbir ekonomiku, skont il-Eurofund pajjiżna kellhu l-inqas żieda fil-paga minima fl-Ewropa.
//= $special ?>