Lokali

Raġel jittieħed l-isptar wara li nqabdet idu f’makkinarju

Is-Sibt filgħodu għal ħabta tat-8:30 f’razzett fi Sqaq iż-Żiemel il-Ħandaq, raġel ta’ 32 sena ittieħed l-isptar wara li nqabdet idu f’makkinarju.

Fuq il-post ġew msejjħa tim mediku, kif ukoll il-Korp tal-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili. Hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Dwar l-inċident ġiet infurmata wkoll l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol.