Sport Waterpolo

San Ġiljan jikkonfermaw is-superjorità bir-rebħ tal-Kampjonat tax-Xitwa għall-ħames darba

(Ritratt: Timmy Cutugno)

Stewart Said

NEPTUNES VIDEOSLOTS…………… 6

SAN ĠILJAN JP PROJECTS……….. 12

(2-3), (1-2), (1-2), (2-5)

Neptunes: A. Borg Cole, D. Bugeja, S. Gialanze (3), G. Pace, L. Mallia, A. Fava, M. Castillo, J. Camilleri (1), R. Galea, J. Bajada (1), A. Fenech (1), B. Lewis, M. Farrugia

San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli, A. Galea (3), B. Plumpton (3), R. Caruana, M. Zammit, G. Bonavia, J. Bonavia (1), J. Abela, N. Zammit (4), D. Zammit (1), N. Bonavia, G. Borg, N. Schiavone, K. Calleja

Referees: Massimo Angileri, Peter Balzan

Għall-ewwel darba mill-2018, San Ġiljan JP Projects huma r-rebbiaħa tal-Kampjonat BOV tax-Xitwa. Fl-aħħar konfront tal-kampjonat, kellhom bżonn li ma joħorġux telliefa kontra r-rivali Neptunes biex jaċċertaw mill-ħames kampjonat tagħhom.

Huma mhux biss ma ħarġux telliefa imma kkontrollaw il-logħba wara vantaġġ bikri għal rebħa komda li tikkonferma l-potenzjal tal-Ġiljaniżi, f’dak li hu t-tieni unur minn tnejn din is-sena.

Gowls minn Darren Zammit, Nikolai Zammit u Jake Bonavia poġġew lil San Ġiljan 3-0 fil-vantaġġ. Time-out mill-kowċ ta’ Neptunes Dorian Pisani biex jikkalma s-sitwazzjoni, b’Neptunes jirnexxilhom inaqqsu d-distakk għal gowl biss.

It-tim ta’ Zeljko Kovacic reġa’ kabbar il-vantaġġ għal tliet gowls fit-tieni sessjoni sakemm Jordan Camilleri naqqas il-marġni. Kienet mistennija reazzjoni minn Neptunes fit-tielet sessjoni, iżda kienu imperfetti fl-attakk. San Ġiljan komplew jikkontrollaw u rnexxielhom ikabbru l-vantaġġ.

Jekk it-tamiet ta’ rimonta għal Neptunes kienu minimi, dawn sfaxxaw fix-xejn meta tkeċċa Dean Bugeja għal brutalità u ħalla lit-tim bi plejer anqas għal erba’ minuti. Dan wassal biex San Ġiljan kellhom l-okkażjoni biex ikabbru r-rebħa.

Fi tmiem il-logħba, l-Uffiċjal Kap tat-Teknoloġija fil-BOV Joe Agius flimkien mal-President tal-ASA Karl Izzo ppreżentaw it-trofew lill-captain ta’ San Ġiljan Matthew Zammit.

VALLETTA IZIBET………………. 7

EXILES WELBEE’S………………. 6

(2-2), (1-2), (2-1), (2-1)

Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, O. Zammit, J. Cassar (1), S. Busuttil, K. Borg (4), D. Paolella (1), J. Chircop, S. Micallef, A. Agius (1), M. Demarco, K. Cremona, A. Theuma

Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari, M. Paris Roding, L. Gialanze, M. Martellacci, S. Xerri de Caro, M. Fenech, K. Griscti (4), N. Paris, D. Fenech, M. Aquilina (2), N. Saliba, F. Buhagiar, L. Pursehouse

Referees: Neville Mercieca, Stefan Licari

Valletta Izibet temmew il-Kampjonat Premier fil-ħames post b’rebħa f’konfront dirett kontra Exiles. Konfront bħal dejjem bilanċjat bejn dawn iż-żewġ timijiet, bid-distakk qatt ma kien iktar minn żewġ gowls.

Exiles kellhom vantaġġ ta’ 2-1 u 4-2 sa nofs it-tieni sessjoni sakemm doppjetta ta’ Kieyan Borg u gowl ta’ Andrea Agius sal-ewwel mumenti tat-tielet sessjoni dawru r-riżultat favur Valletta. Kurt Griscti għamel l-iskor 5-5 bit-tielet gowl personali. Fl-aħħar sessjoni, Valletta skorjaw permezz ta’ Daniel Paolella u Kieyan Borg minn penalty, bil-gowl ta’ Griscti fl-aħħar minuta jkun inutli.

MARSASKALA ESC…………………. 12

BIRŻEBBUĠA FREEPORT……….. 7

(1-3), (2-1), (4-1), (5-2)

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), G. Galea (1), P. Privitera, R. Greco, J. Pace Mizzi, K. Navarro, D. Tully (3), D. Pace Lupi (3), G. Sammut (3), J. Ciantar, M. Carani (1), A. Muscat, E. Bilgrin, M. Agius

Birżebbuġa: C. Borg, P. Borg, N. Cassar (1), B. Grech (1), K. Grech, R. Spiteri (1), D. Farrugia, K. Tanti (3), G. Mannino (1), M. Cassar, K. Manara, N. Chlach, J. Abdilla

Referees: Ronnie Spiteri, Richard Magri

Marsaskala ESC irnexxielhom jikkonfermaw ir-rebħ tal-Ewwel Diviżjoni. Ir-rebħa waslet wara bidu kajman iżda kibru fil-prestazzjoni aktar ma għadda l-ħin u spiċċaw ikkontrollaw l-aħħar minuti.

Sal-ewwel mumenti tat-tieni sessjoni, Birżebbuġa kellhom vantaġġ ta’ 4-2 li sa dak il-ħin kien meritat. Il-gowl ta’ Daniel Tully fl-aħħar mumenti tas-sessjoni beda r-rimonta tal-Iskalin hekk kif fit-tielet sessjoni rnexxielhom imorru 7-5 minn fuq, b’żewġ gowls fl-aħħar minuta.

Il-penalty skorjat minn David Pace Lupi lejn nofs l-aħħar sessjoni qata’ t-tama ta’ Birżebbuġa li jirkupraw u witta t-triq għar-rebħa ta’ Marsaskala li saħansitra kellhom iċ-ċans ikabbru l-vantaġġ sat-tmiem. Fi tmiem il-logħba, l-Uffiċjal Kap tat-Teknoloġija fil-BOV Joe Agius u l-President tal-ASA Karl Izzo ppreżentaw it-trofew lill-captain ta’ Marsaskala.

(Ritratt: Timmy Cutugno)