SENGELA A……1
ŻABBAR SP……0
Fic-Centenary Stadium, Senglea Athletic għelbu lil Zabbar St.Patrick bl-iskor ta’ 1-0 biex b’hekk rebħu l-Amateur Super Cup, it-tieni unur għalihom dan l-istaġun, taħt it-tmexxija tal-kowċ Edgar Degabriele.
Dan wara li aktar kmieni dan ix-xahar huma għelbu lil Msida St Joseph biex ġew nkurunati champions tan-National Amateur League.
Bl-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls, il-gowl uniku tal-partita wasal fit-58 minuta meta minn freekick dirett kien Sebastian Perdomo li għeleb lil Grech u ta rebħa mistħoqqa lil Senglea Athletic.
(Ritratti: Josef Fitzpatrick)
//= $special ?>