Is-Sibt filgħodu, il-grupp The Busker li ser ikun qiegħed jirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision, telqu lejn Liverpool fejn ser isir il-Eurovision.
Is-67 edizzjoni tal-Eurovision ser iseħħ bejn id-9 u 13 ta’ Mejju. The Busker ser jipparteċipaw fl-ewwel semi-finali, fid-9 ta’ Mejju, bħala t-tieni att tal-lejl.
Il-grupp Ukren, Kalush Orchestra, rebħu is-66 edizzjoni tal-Eurovision, iżda minħabba l-gwerra li hemm għaddejja fl-Ukrajna, il-Eurovision ser isir l-Ingilterra, hekk kif il-kantant Ingliż Sam Ryder spiċċa fit-tieni post.
//= $special ?>