Mara ta’ 35 sena weġġgħet gravi wara li kienet passiġġiera f’karozza li baqgħet dieħla f’bieb ta’ garaxx f’Ta’ Xbiex.
L-inċident seħħ dalgħodu għal ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu meta l-pulizija kienet msejħa fi Triq ix-Xatt f’Ta’ Xbiex u sabet karozza maħbuta f’nofs ta’ triq.
Mill-istħarriġ li għamlet l-Pulizija rriżulta li żagħżugħ ta’ 28 sena minn Birkirkara tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u ħabat f’bieb ta’ garaxx. Fil-vettura kien hemm ukoll mara ta’ 35 sena mill-Belt.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Ambulanza ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li l-mara sofriet ġrieħi gravi.