Birkirkara……………….2
Marsaxlokk…………….0
Birkirkara: A. Sylla, O. Iorio, D. Dall’Oca, A. Paixao (K. Tulimieri 88′), Y. Yankam (N. Micallef 90′), P. Mbong (A. Ciolacu 70′), K. Zammit, C. Attard, A. Cabrera (J. Cabrera 90′), S. Ziba, D. Ribeiro
Marsaxlokk: M. Drobnjak, A. Attard, P. Xuereb (K. Keqi 59′), S. Ferraris, J. Aguillar, O. Carniello (C. Bonanni 81′), L. Aguirre, R. Scicluna (T. Vella 81′), S. Moracci (E. Uzeh 59′), D. Vukovic, T. Fonseca
Referee: T. Farrugia Cann
Assistenti Referees: L. Portelli, E. Spiteri
Fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Birkirkara rebħu l-Izibet FA Trophy għas-sitt darba fl-istorja tal-klabb wara li għelbu lil Marsaxlokk 2-0 bil-gowls jaslu fl-aħħar kwarta tal-partita.
Partita bi ftit azzjonijiet lejn il-lasti rispettivi, b’Birkirkara jkollhom aktar pusses mill-avversarji kien fis-77 minuta li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Osvaldo Iorio. Marsaxlokk pruvaw iwettqu reazzjoni iżda kienu Birkirkara li skorjaw it-tieni gowl fil-85 minuta meta wara azzjoni peronali fuq il-lemin ta’ Iorio, kien Claudio Bonanni li f’tentattiv li jtajjar il-ballun xeħet fix-xibka tiegħu stess.



