Internazzjonali

Cleveland: Imfittex raġel li spara u qatel ħames persuni, fosthom tifel ta’ 8 snin

Raġel ta’ 38 sena qed ikun imfittex mill-Pulizija ta’ Texas hekk kif qatel lill-ġirien tiegħu, fosthom tifel ta’ 8 snin, wara li dawn ilmentaw li dejjaqhom jispara fil-ġnien tiegħu meta kienu qed jipprovaw jorqdu.

L-attakk seħħ il-Ġimgħa ftit qabel nofsillejl fi Cleveland, bis-suspettat, Francisco Oropeza għadu maħrub.

Tnejn mill-vittmi nstabu f’kamra tas-sodda fuq żewġt itfal, maħsuba li kienu qed jipproteġuhom mill-attakk. Tlett itfal instabu fid-dar mimlija demm iżda jidher li ma sofrew mill-ebda ġrieħi. F’kollox, fid-dar kien hemm għaxar persuni.

Mill-bidu tas-sena sal-lum il-ġurnata seħħew 18-il sparatura fl-Amerika li kull waħda ħalliet tal-anqas erba’ persuni mejta kawża ta’ dan.