Lokali

“Ejja niġġieldu għall-verità u l-ġustizzja li l-Gvern Laburista seraqna minnhom”

“Ejja niġġieldu għall-verità u l-ġustizzja li l-Gvern Laburista seraq mingħand il-poplu Malti u Għawdxi.”

Kien dan li qal il-Kelliem għall-Ġustizzja, Karol Aquilina waqt Attività Politika li saret mill-Partit Nazzjonalista dalgħodu fl-Istazzjon ta’ Birkirkara.

Karol Aquilina qal li r-realtà hi li dak li għamel Gvern Laburista fl-aħħar 10 snin nistgħu nimlew librerija sħiħa hekk kif il-Partit Laburista għażel li jagħmel skandlu wara l-ieħor minflok jaħdem favur il-poplu Malti u Għawdxi.

Huwa qal li l-ktieb li ġie ppublikat riċentament bl-isem ta’ ‘L-Akbar Frodi’ jikxef id-dettalji kollha dwar l-iskandlu tat-tliet sptarijiet, skandlu ta’ qbil li sar bejn Steward u l-Gvern Laburista, dettalji li ma setgħux jiġu żvelati mingħajru l-kawża li nfetħet mid-Deputat Nazzjonalista, Adrian Delia.

“L-istorja qed tagħtina raġun,” qal Karol Aquilina. “Nistieden biex tingħaqdu magħna biex tipprotestaw kontra dan il-Gvern li qed ikasbar id-drittijiet tal-ħaddiema”

Karol Aquilina fakkar kif minkejja t-tibdil fit-tmexxija ta’ Gvern Laburista, Robert Abela għażel li jibqa’ jimxi fuq il-passi tas-suċċessur tiegħu, Joseph Muscat billi jisraq il-miljuni minn ħalq il-poplu Malti u Għawdxi.