“Aħna se nibqgħu niġġieldu biex verament issir ġustizzja mal-ħaddiema u mhux numiljawhom bħalma qed jagħmel il-Gvern Laburista.”
Kien dan li qal il-Kelliem għax-Xogħol, Ivan Castillo waqt Attività Politika li saret mill-Partit Nazzjonalista dalgħodu fl-Istazzjon ta’ Birkirkara meta kompla jistaqsi kif il-Gvern Laburista jista’ jibqa’ jimxi b’dan il-mod meta l-ħaddiema Maltin u Għawdxin qed jitkissru fil-post tax-xogħol tagħhom jum wara l-ieħor.
“Għal dawn il-ħaddiema ma sabx flus iżda għal tal-qalba sab, għall-ħaddiema ma sabx,” qal Ivan Castillo. “Dawn huma nies li jsejħu lilhom infushom soċjalisti. Dan huwa l-aktar Gvern anti-soċjalista u anti-ħaddiema li qatt kellna fl-istorja.”
Ivan Castillo appella biex kull ħaddiem isemmi leħnu għada waqt il-protesta li se jorganizza l-Partit Nazzjonalista quddiem l-Isptar San Luqa.