Lokali

Is-Sindku ta’ Tas-Sliema jwissi li fetħa fil-blat taħt il-promenade tista’ twassal għal traġedja

Ritratt: Times of Malta

Is-Sindku ta’ tas-Sliema John Pillow dalgħodu fuq Facebook, ippubblika video ta’ twissija dwar toqba fil-blat ta’ taħt il-promenade, u ħeġġeġ għal “azzjoni immedjata biex tiġi evitata traġedja”.

Fil-filmati li ġibed waqt li kien qiegħed fuq dak li fadal mill-passaġġ bejn Qui Si Sana u x-Chalet, iwissi dwar “sitwazzjoni perikoluża u inkwetanti ħafna” fejn il-promenade jista’ jċedi waqt il-Grigalata li jmiss.