Numru ta’ persuni – fosthom nisa u tfal – mietu minn leak tal-gass fil-belt tal-port ta’ Ludhiana, fl-Istat ta’ Punjab.
Ħadd ma jaf il-kaġun proprju tat-traġedja, bl-awtoritajiet isibu wkoll numru ta’ persuni mitlufin minn sensihom fir-residenzi rispettivi.
L-aħħar rapporti qalu li l-mejtin ‘qabżu l-ħdax’, bl-investigazzjonijiet qed ikomplu fl-inħawi. Dan wara li ngħalqu l-aċċessi kollha għaz-‘zona tal-mewt’, bir-residenti fl-inħawi jispiċċaw evakwati – b’uħud ikunu trattati għall-problemi tan-nifs.
Filwaqt li l-investigaturi qed ifittxu s-sors minfejn ħareġ il-gass, mhux eskluż li l-kaġun setgħu kienu l-ispieri viċin tad-djar. L-awtoritajiet, intant, qed jeżaminaw il-kampjuni minn dawn l-ispieri u meta hu possibbli li l-gass seta’ żviluppa minn taħlita ta’ kimiċi mal-kwantitajiet tal-methane (gass) taħt l-art.
Viċin iz-zona partikulari hemm anki numru ta’ fabbriki, bl-esperti mill-Awtorità għall-Kontroll tad-Diżastri u Emerġenzi jispiċċaw jgħinu wkoll fl-investigazzjoni.
//= $special ?>