Fl-24 programm SPORT EXTRA li se jixxandar il-Ħadd 30 ta’ April mill-5.15 pm ‘l quddiem fuq Net Television, tkompli s-serje b’rabta mal-edizzjoni MALTA2023 tal-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar li għandhom isiru bejn id-29 ta’ Mejju u t-3 ta’ Ġunju.
Fl-ewwel parti tal-programm il-mistieden ewlieni huwa l-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello. Mistiedna wkoll id-Direttur tal-isport tal-KOM Charlene Attard.
Fit-tieni parti enfażi dwar l-atletika flimkien mad-Direttur Tekniku ta’ Athletics Malta,Mario Bobello u waħda mill-atleti żgħażagħ lokali Carl Scicluna.
Muntaġġi tas-servizzi u assistenta tal-produzzjoni Samira Cachia Spiteri u filmati minn Joe Sultana.
//= $special ?>