Internazzjonali

Obama, Spielberg u Springsteen jagħtu sorpriża f’Barċellona

Ritratt: Reuters via Pol Perello Franch

L-istaff tar-restorant Amar f’Barċellona nhar il-Ħamis filgħaxija, kienu sorpriżi meta l-eks President Amerikan Barack Obama, id-direttur Steven Spielberg u l-mużiċist Bruce Springsteen daħlu fil-ħanut għall-għarrieda. Iċ-chef Rafa Zafra qal li r-ristorant Amar kien issuġġerit lil eks-Presdient, lid-direttur ta’ Hollywood u lill-ikona tal-mużika rock, mir-restaurateur ċelebri li qallu li għandu booking importanti. 

Kien hawn li nduna li Obama u martu Michelle kienu fil-belt biex jattendu kunċert ta’ Springsteen, kif kien ankè Spielberg.

Membru tal-istaff tella’ ritratt tagħhom jippożaw ma’ waiting staff u koki fuq Instagram bil-kumment: “Il-pjaċir li jtik dan ix-xogħol!”

Taħt sigurtà stretta, Obama u Spielberg użaw il-jum tal-Ġimgħa biex iżuru wħud mill-aktar siti famużi ta’ Barċellona, ​​bħall-bażilika tas-Sagrada Familia u l-mużew Picasso.

Il-band ‘E Street’ ta’ Springsteen bdiet it-tappa Ewropea tat-tour tagħha nhar il-Ġimgħa fl-Olimpic Stadium ta’ Barċellona.