Formula 1 Sport

Sergio Perez jirbaħ fl-Ażerbajġan

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Red Bull Sergio Perez rebaħ fl-Ażerbajġan wara li għeleb l-isfida ta’ sieħbu fit-tim ta’ Red Bull Max Verstappen bil-prestazzjoni tiegħu tkun impattata bis-safety car. Charles Leclerc ta’ Ferrari temm fit-tielet post minkejja l-bidu mill-aqwa li kellu aktar kmieni matul din il-ġimgħa. Fernardo Alonso temm fir-raba’ post b’Carlos Sainz jidħol fil-ħames pożizzjoni.

Ġimgħa oħra diżappuntanti għal Mercedes hekk kif Lewis Hamilton temm fis-sitt post filwaqt li George Russell daħal fit-tmien pożizzjoni. Bejniethom temm is-sewwieq Kanadiż Lance Stroll. Lando Norris temm fid-disa’ pożizzjoni b’Yuki Tsunoda jtemm mal-ewwel għaxar sewwieqa.

Lejn tmiem it-tellieqa seħħ inċident li seta’ kellu konsegwenzi agħar meta Esteban Ocon daħal fil-pit fl-aħħar tellieqa b’numru ta’ fotografi kienu diġa ħadu posthom biex jistennew lis-sewwieqa jidħlu fil-pit, b’Ocon jevita’ lill-membri tal-midja bi ftit metri.