Rowen Camilleri
HIBERNIANS…………2
BALZAN……………….3
Hibernians: I. Kone, F. Apap, K. Shaw, G. Llerena (D. Vella 54′), J. Grech, J. Degabriele, Z. Grech (T. Aldama 54′), J. V. Oliveira, A. Agius, G. Artilles, A. Diakite (O. Muritala 90′)
Balzan: R. Briffa, I. Bozovic, S. Arab, P. Fenech, A. Torres, D. Ndinga (M. Grima 120′), A. Satariano, N. Braunovic, M. Raso, M. Nogureira (B. Mladenovic 90+2′) (M. Grima 120′), A. Adrejic (B. Kaljevic 70′)
Imwissija: A. Andrejic 64′, N. Braunovic 80′, A. Torres 88′, S. Arab 95′ (B), F. Apap 76′, D. Vella 105′, O. Muritala 117′(H)
Tkeċċa: K. Shaw 101′ (H)
Skorjaw: M. Nogureira 45+1′, A. Torres 88′, B. Mladenovic 91′(B), D. Vella 66′, J. Degabriele 90′(H)
Referee: Ishmael Barbara
Assistenti Referees: Alan Camilleri u James Muscat
BOV Plejer tal-logħba: Angel Torres (Balzan)
Se jkunu Balzan li fis-sajf se jkunu qed jilagħbu fir-rawnd preliminari tal-Europa Conference League, wara li fid-decider għelbu lil Hibernians 3-2 wara l-ħin barrani. Hibernians irnexxielhom jisforzaw il-ħin barrani fl-aħħar minti tal-partita meta sad-90 minuta l-iskor kien 2-1 favur Balzan biex gowl minn Jurgen Degabriele daħħal il-logħba fin-nofs siegħa.
Wara 10 minuti Balzan bl-ewwel periklu meta Arab għadda lejn Satariano li minn qagħda angolata prova konklużjoni bix-xellug iżda l-ballun għadda barra.
Man-nofs siegħa żball difensiv mid-difensur ta’ Hibernians Artilles, jisraq il-ballun Satariano li reġa prova din id-darba minn barra l-kaxxa iżda l-internazzjonali Malti reġa’ falla l-mira.
Balzan komplew jinsistu u fis-36 minuta Angel Torres avvanza fil-kaxxa avversarja u wara li qabeż difensur prova bix-xellug iżda l-ballun għadda ċentimentri barra.
Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Balzan marru meritatament fil-vantaġġ, meta minn azzjoni ta’ korner mogħti minn Andrejic, il-ballun jasal fuq ras Matheus Nogureira li minn taħt Kone ma żbaljax biex Balzan daħlu jistrieħu 1-0 minn fuq.
Fit-tieni taqsima Balzan baqgħu jiddettaw il-logħba u fis-57 minuta azzjoni personali ta’ Angel Torres li rnexxielu jippenetra d-difiża Pawlista iżda x-xutt b’saħħtu tal-Kolombjan kien ċentrali wisq u ġie milqugħ parzjalment minn Kone qabel mad-difiża tajjret il-periklu.
Fil-65 minuta Satariano jisraq ballun mal-lemin u javvanza iżda x-xutt b’saħħtu tiegħu mar barra.
Minuta wara Hibernians ġabu l-gowl tad-draw. Kienet azzjoni aħduma bejn żewġ sostituti fejn kien Thaylor Aldama li tefa’ kross fil-kaxxa li sab lil Dunstan Vella li mattar saqajh u tefa’ wara Briffa għal skor lura f’parità.
Fl-74 minuta Balzan ingħataw penalty meta l-goalkeeper Kone deher iwaqqa’ lis-sostitut Bojan Kaljevic, iżda l-istess plejer mill-Montenegro ra x-xutt tiegħu mill-11-il metru jkun milqugħ mill-goalkeeper ta’ Hibernians.
Fis-87 minuta ċans tad-deheb għal Hibernians meta De Oliveira ħarab max-xellug u minn ġol-kaxxa tefa’ kross lura lejn Degabriele li iżda żbalja l-mira u minn qagħda ideali tefa’ barra.
Minuta wara Balzan skorjaw il-gowl tal-vantaġġ meta Angel Torres avvanza fil-kaxxa u b’xutt mill-isbaħ għeleb għal kolox lil Kone.
Balzan ma damx wisq igawdu dan il-vantaġġ, għax għaddiet biss minuta u Hibs skorjaw il-gowl tad-draw. Ferdinando Apap bir-ras niżżell ballun preċiż lejn Jurgen Degabriele li mill-viċin tefa’ fix-xibka fost il-ferħ tal-partitarji Pawlisti. Din kienet l-aħħar azzjoni tat-tieni taqsima u bl-iskor jibqa’ dak ta’ 2-2 il-partita kellha tmur għal ħin barrani.
Għaddiet biss minuta mill-bidu tal-ħin barrani u Balzan skorjaw il-gowl deċiżiv meta Mladenovic, anke jekk ix-xutt kien wieħed fjakk, irnexxielu jitfa fix-xibka. Fil-101 minuta Hibernians spiċċaw jilagħbu b’raġel inqas meta Kurt Shaw intwerà l-karta ħamra għal foul fuq Angel Torres li deher ġej waħdu mal-goalkeeper Ibrahim Kone.
L-isforzi ta’ Hibernians kienu kolha għal xejn hekk kif Balzan irnexxielhom iżommu l-vantaġġ sal-ħin barrani biex kienu huma li rebħu dan id-decider u kisbu post fl-Ewropa.
Dunstan Vella jġib id-draw għal Hibernians (Ritratt: Josef Fitzpatrick)