Internazzjonali

Franza: Mijiet arrestati u pulizija midruba fi ġlied tal-Ewwel ta’ Mejju

Ritratt: AFP - Getty Images

Fi Franza protesti vjolenti waqt il-manifestazzjonijiet tal-Ewwel ta’ Mejju, magħruf bħala May Day, li jsiru madwar l-Ewropa, b’aktar minn 290 arrestati u aktar minn 100 uffiċjal tal-pulizija spiċċaw midruba. 

Id-dimostrazzjonijiet immexxija mill-unions qanqlu ġlied f’Pariġi, fejn saru 90 arrest, u d-dimostranti tefgħu splussivi tan-nar, għamlu ħsara lill-bus stops u anke’ taw in-nar lil xi karozzi. Il-pulizija kellhom jużaw il-gass tad-dmugħ biex jikkontrollaw il-folol. 

Il-Ministru tal-Intern Franċiż ikkundanna l-vjolenza, li seħħet f’Pariġi, Lyon, u Nantes. 

Id-dimostranti kienu qed jipprotestaw kontra r-riforma kontroversjali tal-President Emmanuel Macron fil-pensjonijiet, li żiedet l-età tal-irtirar minn 62 għal 64. 

L-Ewwel ta’ Mejju huwa osservat f’ħafna pajjiżi bħala jum li jiċċelebra d-drittijiet tal-ħaddiema.