Kultura Lokali

Il-Melleħin jirbħu l-Festival tal-Logħob tan-Nar

L-Għaqda tan-Nar Marija Bambina tal-Mellieħa rebħet l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar – festival li kien mifrux fuq diversi ġranet, bi spettakli pirotekniċi anke f’Għawdex.

Ir-rebbieħa tħabbru lbieraħ fl-għeluq ta’ dan il-festival fil-Port il-Kbir.

Fit-tieni post klassifikaw Nakaja Art tal-Polonja filwaqt li s-Serbi ta’ Pyro-Team spiċċaw it-tielet.