Minn din il-ġimgħa, il-prezz ta’ ċertu prodotti tal-ħobż żdied b’mill-anqas 10 ċenteżmi.
Il-ħobż imqatta’ slice żdied b’10 ċenteżmi. Għalkemm ċertu prodotti – bħal dawk tal-ħobż ismar – żdied minn €1.35ċ għal €1.50ċ. Dan apparti li f’diversi ħwienet, ġew innotati żidiet fil-prezz ta’ prodotti ta’ ikel varji – minn zokkor sa ċerejali u anke ħelu.
Skont kif qalulna diversi ħwienet, jidher li l-prezz tal-islice u ż-żieda se jvarjaw minn prodott għall-ieħor; skont il-kumpanija li tagħmilhom.
Ix-xahar li għadda, anke l-Ministru tal-Ekonomija ammetta li l-inflazzjoni saret mostru. Iżda meta mistoqsi għas-soluzzjonijiet, ma kellu ebda tweġiba.
F’temp ta’ sena l-inflazzjoni f’pajjiżna splodiet ‘l fuq b’mod qawwi immens. Tant li fi 12-il xahar ir-rata tal-għoli tal-ħajja żdiedet minn 4.5% għal 7.1%. Fost l-aktar prodotti affetwati minn żidiet hemm il-prodotti tal-laħam, il-bajd, frott u ħaxix, il-ħalib, il-ħobż, il-ġobon prodotti varji li jinxtraw mis-supermarkets, prodotti tal-ħasil u anke mediċini – dawk kollha għolew fil-prezz tagħhom.
//= $special ?>