Lokali

“Malta preżenti saret gżira ta’ konkos, stat ta’ impunità, stat fejn kulħadd jagħmel li jrid” – Andrew Cachia

Accept Analitiċi cookies to view the content.

“Pajjiżi sejjaħli, kif pajjiżek qed isejjaħ lilek u lilkom lkoll. U għeziez irridu nwieġbu, irridu nwieġbu li hawn aħna .. lesti nagħmlu il-parti tagħna għas-sewwa ta dan il-pajjiż.”

Kien b’dan il-mod li bih Andrew Cachia, il-ħaddiem żagħżugħ ta’ 22 li jaħdem fil-qasam tal-informatika fetaħ id-diskors tiegħu waqt il-protesta li saret it-Tnejn 1 ta’ Mejju, organizzata mill-PN bit-tema ‘Nagħtu s-saħħa lill-ħaddiem’, fejn sostna li l-poplu Malti u Għawdxi jixraqlu ferm aħjar, mill-impunità li qiegħdha tirrenja taħt Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela.

“Malta preżenti waqgħet ghal egoizmu sfrenat fejn igawdi il-ftit u mhux il-ħafna. Malta preżenti saret gzira ta’ konkos, stat ta impunità, stat fejn kulħadd jagħmel li jrid bla konsegwenzi, stat fejn il-persuni ta’ awtorità ma huma xejn ħlief pupazzi. Kif nista nħobb l-istat li qegħdin fih meta qed nimtlew b’nies tat-tielet dinja, inħaddmuhom f’kundizzjonijiet ta’ miżerja, imorru kompletament kontra kull dritt tal-bniedem, imbaghad inħalu l-immigranti jgħerqu fil- Mediterran? Dawn mhumiex affarijiet li wieħed iħobb. Dan il-pajjiż gie fi stat mimli difetti minħabba il-Partit Laburista u l-egoizmu sfrenat tiegħu.”

Andrew Cachia tkellem dwar diversi temi li qegħdin ikunu ta’ sfida għall-familji, għaż-żgħażagħ u għall-anzjani tagħna, fosthom l-għoli tal-ħajja u l-inflazzjoni li fl-aħħar xhur splodiet ‘il fuq.

Cachia sostna li minn naħa tiegħu, il-Partit Laburista minflok ma qiegħed jgħin lill-poplu Malti quddiem dawn l-isfidi … il-Partit Laburista li suppost huwa l-Partit tal-Ħaddiem, spiċċa u sar kapitalist.

“Illum il-festa ta’ Jum il-Haddiem u storikament il- partit tal-Haddiem kien il–Partit Laburista. Irriflettu ftit u saqsu għadu? Ghadu il-partit tal- ħaddiem? Għadu jiddefendi il-batut lill-ħaddiem? Jekk jismek Christian Borg jiddefendik, forsi jekk taħdem fiċ-ċrieki tieghu xi person of trust, hemm ija jiddefendik is-suppost partit tal-haddiema. U jekk jismek Jean Paul Sofia, haddiem ukoll, haddiem li mar ghax xoghol u sfortunatament ma rritornax lura id-dar, dak qed jiddefenduh is-suppost partit tal-ħaddiema? Jekk int nurse, jiddefendik is-suppost partit tal-haddiema jew jghid kontrik fil- media biex jintimidak? Jekk int haddiem tal- AirMalta iddefendiek u hares li jissalvargardja xogholok? Jekk int għalliem, sabhom il-flus ghalik kif għamel ghal haddiehor, iddefendiek is-suppost partit tal-ħaddiema? Jekk int ħaddiem barrani, tahdem f’ kundizzjonijiet inumani, jiddefendik s- suppost partit tal-haddiema? Quddiem l-inflazzjoni u l-għoli tal-ħajja min qed jiddefendik?”