Il-Prim Ministru ta’ New Zealand Chris Hipkins ammetta li hu, personalment, jinsab favur li pajjiżu jsir repubblika – għalkemm mhux se jinsisti għal din il-bidla fiż-żmien kollu li jkun qed imexxi lil pajjiżu.
Hipkins għadda dan il-kumment sensittiv lill-media ftit qabel telaq lejn l-Ingilterra biex jattendi l-inkoronazzjoni tar-Re Karlu III li jsir is-Sibt, f’Londra.
New Zealand, eks-kolonja Britannika, igawdi status ta’ awtonomija iżda f’dan il-każ Karlu xorta għandu rwol, fil-parti kbira ċerimonjali, bħala Re u Kap tal-Istat. Fil-fatt, Karlu hu rappreżentat minn Gvernatur-Ġenerali fil-kapitali Wellington.
Intant, New Zealand, l-istess bħal ħafna mill-eks-kolonji Britanniċi, qed jikkunsidra r-rwol kostituzzjonali li għandha taqdi l-monarkja Britannika fi żmenijiet moderni. Dan wara li Barbados għażel li jsir repubblika fl-2021, bil-Ġamajka wkoll qed tippjana biex tippersisti għall-indipendenza.
//= $special ?>