Riżultati pożittivi fil-para darts mill-plejer Malti tal-wheelchair para-darts Bradley Zerafa li flimkien ma’ Joseph Martin fi standing para-darts ħadu sehem f’Sogaard Open tad-Danimarka.
Wara li Zerafa u Martin waslu sal-aħħar 128 fid-doubles warm-up, fil-grupp tal-aħħar sittax tad-Denmark Open, Bradley Zerafa tilef 3-1 kontra Torben Sorensen tad-Danimarka.
Joseph Martin għamilha sal-istess fażi tal-kompetizzjoni wara li tilef 3-1 kontra Ralf Huesmann. L-għada, fid-Denmark Masters, Martin għeleb lil Fleming Fox 3-1 qabel ma tilef 3-1 fil-grupp tal-aħħar tmienja kontra Michael Callaghan, li eventwalment rebaħ il-kompetizzjoni.
Zerafa fil-grupp tal-aħħar sittax kontra Frank Bjerregaard Hansen tad-Danimarka rebaħ 3 -1 wara li tilef 3-0 ma Jürgen Vercammen, li eventwalment tela’ sal-finali kontra Vincent D’Hont il-ġurnata ta’ qabel.
F’Marzu li għadda Bradley Zerafa kellu success fl-Ungerija meta rebaħ l-Open ta’ Budapest.
//= $special ?>