Sport Sport Ieħor

Table Football: Bormla Subbuteo jirbħu l-Bormla Grand Prix 2023

Bormla Subbuteo Club rebħu l-FISTF Grand Prix ta’ Bormla Malta 2023, meta fil-finali għelbu lit-Taljani ta’ SS Lazio 2-1.

It-tim kien kompost mill-captian Charlie Aquilina, Jason Pisani, George Ebejer, Mauro Camilleri u John Zammit.

Bormla u Lazio fis-semi finali eliminaw lil Valletta Lions u lil Stembert tal-Belġju rispettivament.

Fil-kategorija Open, kien il-Malti Samuel Bartolo ta’ Valletta SC li rebaħ 2-1 lil Pascal Scheen ta’ Stembert wara li fis-semi finali ż-ewġ plejers eliminaw lil John Zammit ta’ Bormla SC u lil Jamie Bonnici ta’ SS Lazio. 

Fil-kategorija Veterani kien it-Taljan Patricio Lazzaretti ta’ Lazio li għeleb 6-3 lil Massimo Cremona ta ‘Charleroi wara li fis-semi finali kien elimina lil Belġjan Pascal Scheen ta’ Stambert.

Jayden Bonnici ta’ Valletta Lions rebaħ il-kategorija ta’ taħt l-20 sena meta fil-finali għeleb lil Lorenzo Lazzaretti ta’ SS Lazio.

L-istess plejer rebħa il-kategorija ta’ taħt is-16-il sena wara li għeleb lil Robert Farrugia Randon ta’ H’Attard 2-1.

Melanie Magro ta’ Bormla SC rebħet il-kategorija tan-nisa meta għelbet 2-0 lil Nicole Abela ta’ Stembert.

Fil-kategorija Tazza tal-Fidda kien Lorenzo Lazzaretti ta SS Lazio li rebaħ 2-1 fil-ħin barrani lil Josef Camilleri ta’ Bormla SC .

Il prezentazzjoni saret mis Sindku ta’ Bormla Marco Agius u Sur Tony Borg fejn attendew ukoll il-Viċi Sindku, Noyah Spiteri Hammett u rapreżentanza mill-American University of Malta.