Wara waqfa ta’ ftit ġimgħat minħabba l-kampjonati nazzjonali tal-Malta Table Tennis Association, tkomplew il-kampjonati tal-ewwel u tat-tieni diviżjoni.
Rebħiet identiċi ta’ 5-1 għal HITT Tibhar u HITT Academy Hometrends, meta għelbu lil HITT Kyte Consultants u HITT Academy Valletta rispettivament.
Alpha Gewo xejn ma sabuha faċli kontra MITTC Butterfly minkejja li rebħu 4-3 filwaqt li Mosta Gunners għelbu lil Top Spin Roxon 4-2.
Mill-Kampjonat tat-tieni diviżjoni, l-akbar rebħa kisbuha Top Spin Super Cores bir- rebħa ta’ 5-1 kontra Alpha Sensus.
Alpha Calleja Ltd. ħadu l-punti massimi meta għelbu lil MITTC Angela Bajada 4-2 filwaqt li PBC Table Tennis Bluefire u HITT Legends f’logħba mill-isbaħ li ntemmet 4-3 għal tal-ewwel.
//= $special ?>