Futbol Sport

Arsenal jirritornaw għar-rebħ

(Ritratt: EPA)

Wara nuqqas ta’ erba’ partita, Arsenal irritornaw għar-rebħ meta f’wieħed mid-derbies ta’ Londra għelbu lil Chelsea 3-1.

Żewġ goals tal-captain Martin Odegaard fit-18 u l-31 minuta taw vantaġġ doppju lil Arsenal biex tliet minuti wara kien Gabriel Jesus li għamilhom 3-0 sa tmiem l-ewwel taqsima.

Chelsea wettqu reazzjoni fit-tieni taqsima meta kien Noni Madueke li għamel l-iskor finali 3-1.