Floriana Ajax X Clean A u Education Bar San Gejtanu rebħu l-partiti rispettivi tagħhom sabiex kollox se jkun deċiż fl-aħħar ġurnata min se jirbaħ il-kampjonat 8-a-side tad-darts.
Floriana jinsabu żewġ punti vantaġġ fuq Education Bar San Gejtanu wara li għelbu lil Tim B Ħamrun Bayern 8-0.
Education Bar San Gejtanu kisbu rebħa ta’ 6-2 fuq Sliema Inter Darts Club, b’ Tim A Ħamrun Bayern għelbu lit-tim relegat Top Gun Marsa 8-0.
Fgura Kenky komplew bis-serje ta’ riżultati pożittivi b’rebħa ta’ 6-2 kontra Manchester Conquest Pub.
Fit-tieni diviżjoni, Beland Żejtun kisbu rebħa oħra fejn huma ċerti li se jispiċċaw fit-tielet post meta għelbu lil Cox Bar 6-2 filwaqt li Tim B Floriana Ajax u Mqabba tal-Ġilju temmew fi draw ta’ 4-4.
Fit-tielet diviżjoni, Domus Żejtun għad għandhom punt vantaġġ fuq Birgu Boċċi Club wara li t-tnejn kellhom rebħiet identiċi ta’ 5-3 kontra Żebbuġ Rangers FC u Tim A Duke’s rispettivament.
KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI
Floriana Ajax X Clean A 48, Education San Gejtanu Bar 46, Ħamrun Bayern A 44, Fgura Kenky 40 Manchester Conquest Pub 19, Sliema Inter DC 18,Ħamrun Bayern B 15, Top Gun Bar 3.
KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI
Birżebbuġa Lions 46, PO’s Bar 41, Beland Bull’s Eye 26, Floriana Ajax X Clean B 18, Fgura Maypole 13, Cox Bar 11, Mqabba tal-Ġilju 11
KLASSIFIKA – IT-TIELET DIVIŻJONI
Domus Żejtun 43, Birgu Boċċi Club 42, Żebbuġ Rangers 31, Duke’s A 29, Duke’s B 20, Mqabba FC 4, Leah’s Bar 1.
//= $special ?>