Malta ttellgħet fi Grupp C1 flimkien mal-Moldova, il-Latvja, u l-Andorra, fl-ewwel edizzjoni tal-UEFA Women’s Nations League bit-tlugħ sar f’Nyon it-Tlieta wara nofsinhar.
B’format simili għall-UEFA Nations League tal-irġiel, il-51 tim parteċipant ġew maqsuma fi tliet kampjonati, tnejn ta’ 16 u ieħor ta’ 19-il tim. Dan sar fuq abbażi tal-pożizzjonijiet tagħhom fir-rankings ta-UEFA maħruġa wara l-konklużjoni tal-fażi tal-gruppi tal-Kompetizzjoni Ewropea ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA għat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-FIFA 2023.
League C jikkonsisti minn erba’ gruppi ta’ erba’ timijiet u grupp wieħed ta’ tlieta. Il-ħames rebbieħa tal-gruppi jiġu promossi għal-League B. It-tielet l-aħjar timijiet fit-tieni post jilagħbu play-off kontra l-aqwa tliet timijiet tat-tielet post ta’ League B. Ir-rebbieħa jilagħbu f’League B għall-fażi tal-Kwalifikikazzjoni Ewropea filwaqt li t-timijiet megħluba jilagħbu f’League C.
UEFA Nations League
Stadju tal-kampjonat
Partiti 1–2: 20–26 ta’ Settembru 2023
Partiti 3–4: 25–31 ta’ Ottubru 2023
Partiti 5–6: 29 ta’ Novembru –5 ta’ Diċembru
Finali 2023
Bejn il-21 u t-28 ta’ Frar 2024
Logħbiet ta’ promozzjoni/relegazzjoni
Bejn il-21 u t-28 ta’ Frar 2024