Sport Sport Ieħor

Hockey: Finali bejn Qormi Daikin u Floriana Young Stars

Qormi Daikin għaddew għall-finali tal-kompetizzjoni Knock-Out tal-Malta Hockey Association, meta fit-tieni semifinali ddominaw fil-konfront kontra White Hart meta rebħu bl-iskor kbir ta’ 9-0.

Ir-rebħa ta’ Qormi, li għadhom kemm rebħu l-kampjonat nazzjonali, qatt ma kienet fid-dubju, hekk kif huma ddominaw tul il-partita kollha, b’White Hart li provaw jiddefendu kif setgħu.

Kyle Micallef spikka għal Qormi Daikin fejn skorja tlett darbiet filwaqt li Zack Degiovanni, Steve Tanti, Daniel Ellul, Juan Sarcia, Ayrton Falzon u Luke Bajada skorjaw il-bqija tal-gowls.

Umpires tal-partita kienu Edward Hughes u Karl Chircop.

Qormi Daikin issa jilagħbu fil-finali kontra Floriana Young Stars li fl-ewwel semi finali għelbu lil GREE Sliema Hotsticks bil-penalty shoot-out.

Il-finali bejn Qormi Daikin u Floriana Young Stars tintlagħab il-Ħadd li ġej fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin.