Sport Sport Ieħor

Iffirmat ftehim ta’ sħubija bejn Birkirkara St Joseph Sports Club u CORSA

Ġie ffirmat ftehim ta’ sħubija bejn Birkirkara St Joseph Sports Club u CORSA. Permezz ta’ dan il-ftehim se tkun qed tiżdied il-parteċipazzjoni taż-żagħżagħ fl-isport, u permezz tal-attiviatjiet sportivi, jpoġġu lil Malta fuq il-mappa sportiva internazzjonali.

Il-President tal-Birkirkara St Joseph stqarr: “Il-klabb tagħna għandu kalendarju sportiv impenjattiv li jkopri s-sena kollha. Dan jinkludi ġiri fit-toroq, ċikliżmu, triathlon, u għawm fl-ilma miftuħ, għalhekk għandna portafoll kbir mhux ħażin. Barra minn hekk, it-tim tal-avvenimenti tagħna jipprovdi servizzi loġistiċi lil organizzazzjonijiet oħra”.

Id-Direttur ta’ CORSA Matthew Pace qal li kien kuntent jissieħeb ma’ Birkirkara St Joseph li mhux biss se jkun ta’ benefiċċju għaż-żewġ entitajiet iżda għall-isport Malti in ġenerali.

L-avveniment li jmiss li se jtella’ il-Birkirkara St Joseph Sports Club u Corsa se jkun il-Go&Fun Olympic Distance Triathlon nhar il-Ħadd 14 ta’ Mejju fi Triq il-Kosta tas-Salina.

Ir-reġistrazzjoni għandha ssir online sa mhux aktar tard mill-Ħamis 11 ta’ Mejju – www.bsj.mt