Internazzjonali

Il-Kanada: Miet il-kantant-kompożitur leġġendarju Gordon Lightfoot…

Id-Dinja tal-Mużika qed issellem lill-memorja ta’ Gordon Lightfoot, il-kantawtur Kanadiż u wieħed mill-ġganti tal-mużika folk-rock ta’ kull żmien. Lightfoot miet fl-età ta’ 84 sena minn kawżi naturali u waqt li kien rikoverat l-isptar fil-belt ta’ Toronto.

Gordon Lightfoot sar famuż madwar id-dinja matul is-snin sittin u s-sebgħinijiet b’hits bħal Early Morning Rain, Sundown, The Wreck of the Edmund Fitzgerald, Daylight Katy u l-indimentikabbli If You Could Read My Mind.

Intant, diversi kantanti rinomati bħal  Elvis Presley, Barbra Streisand u Johnny Cash kollha interpretaw cover versions tal-kanzunetti ta’ Lighthouse – bil-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau fl-aħħar sigħat jirreferi għall-kantawtur bħala wieħed mill-aqwa talenti li qatt ipproduċiet il-Kanada.

Trudeau, fil-messaġġ tiegħ, qal li l-kantant veteran, tul ħajtu, irnexxielu jesprimu l-ispirtu tal-Kanadiżi permezz tal-mużika tiegħu.