Lokali

Il-KSU ddiżappuntata li nsterqu prodotti minn locker li sar bħala inizjattiva mmirata għall-aċċessibilità u l-inklużjoni

Ritratt: Facebook Page tal-KSU

Locker li sar bħala inizjattiva għal dawk l-istudenti li m’għandhomx biżejjed flus prodotti sanitarji spiċċa vvandalizzat. Dan hekk kif fl-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet insterqu l-prodotti li kien hemm f’dan il-locker kif ukoll ġarrab xi ħsarat.

F’post fuq il-midja soċjali l-KSU qalet li huwa ferm diżappuntanti li jkun hawn abbuż fuq inizjttiva mmirata għall-aċċessibilità kif ukoll l-inklużjoni. Din l-inizjattiva propju bdiet xahrejn ilu.

Barra minn hekk, kaġun ta’ dan l-att il-locker kellu jiġi rilokat quddiem l-uffiċju tal-KSU sabiex ikun f’post aktar sigur. Dan għaliex qabel dan il-locker kien fit-‘toilets’ tan-nisa fl-‘istudents house’ fl-Università.

Il-KSU qalet li se tkun qed tanalizza l-filmat tas-CCTV bit-tama li jidentifikaw il-persuna li wettaq din is-serqa.