Ċifri ppubblikati mill-NSO juru li fl-ewwel kwart tas-sena kien hemm mat-72,000 persuna li żaru pajjiżna permezz tal-cruiseliners.
Għalkemm bħala numru kien hemm inqas bastimenti li daħlu fil-Port il-Kbir…l-ammont ta’ passiġġieri xorta kien akbar fuq kull vapur meta komparat mas-sena li għaddiet.
Il-maġġoranza assoluta ta’ dawn it-turisti kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea – l-aktar mill-Italja u l-Ġermanja. Dan apparti li kellek passiġġieri ġejjin mis-suq Brittanniku u mill-Istati Uniti.
Bejn Jannar u Marzu, l-akbar faxxa ta’ turisti li żaru Malta permezz ta’ cruise kienu jaqgħu fl-etajiet ta’ bejn l-40 u d-59 sena.
//= $special ?>