Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal fil-parlament li l-ewwel passi immedjati fit-trasport għandhom ikunu dawk li titnaddaf Transport Malta biex wara jittieħdu l-passi dwar l-aħjar għażliet fis-settur.
Adrian Delia qal li fit-toroq seħħu żieda ta’ 2,000 inċident fis-sena u rekord ta’ falitajiet għas-sena li għaddiet b’iktar minn 25 fatalità. Hu sostna li s-sitwazzjoni fit-toroq kienet sejra għall-agħar tant li anki l-President tar-Repubblika kien tkellem dwar dan flimkien ma’ għaqdiet volontarju.
L-Oppożizzjoni se tivvota favur din il-liġi għaliex din hi liġi fid-direzzjoni t-tajba quddiem is-sitwazzjoni ta’ ksur tar-regoli fit-trasport. Jeħtieġ li flimkien ma’ iktar multi, jkunu ikkunsidrati wkoll it-tnaqqis tal-punti penali minħabba li l-inċidenti maġġuri qed ikunu kkaġunati minn dawn li jikkaġuanw l-inċidenti l-akar gravi.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li jekk tibqa l-istess rata, l-pajjiz se jkollu problema gravi fejn waħda mill-kawżi li jżidu l-konġestjoni huma propju l-inċidenti tat-traffiku.
Adrian Delia qal li d-diskussjoni llum tiffoka fuq it-traġedji fit-toroq u mhux iktar mit-traffiku. Il-gvern jidher li issa qed jirrikonoxxi l-problema meta sa ftit ilu din il-problema ma kinitx rikonoxxuta. Id-dixxiplina fuq ixxufiera hi tajba iżda l-entitajiet governattivi jridu jagħtu eżempju u m’għandhomx ikunu huma li jiġu investigati.
Adrian Delia semma’ l-uffiċjali jsawtu persuna iżda ma kinitx ingħatax informazzjoni. Hu semma wkoll il-każ tat-tbagħabis tal-mili tal-karrozzi fl-2016 iżda m’hemmx iformazzjoni jekk ittieħdux passi. Każ ieħor kien meta l-LESA u Transport Malta qed jikru l-karozzi mingħand persuna li qed topera b’mod illegali. Hu staqsa dwar il-pjanċi Y u qal li hemm abbużi kbar li Transport Malta taf bihom iżda ma kienx hemm infurzar. Hemm konfużjoni sħiħa dwr min jikser il-liġi.
Kemm ħarġu pjanċi Y fl-aħħar snin? staqsa Adrian Delia, li qal li jirriżulta li ħarġu eluf ta’ pjanċi Y meta suppost hemm garaxx wieħed għal kull waħda. Jirriżulta li hawn min għandu mijiet ta’ karozzi reġistrati fuq garaxx wieħed waqt li hawn min għandu pjanċi Y u m’għandux garaxx.
Min qed jagħmel xogħolu sew għandu jkun protett waqt li jridu jittieħdu passi kontra min jabbuża, sostna Adrian Delia, li tkellem ukoll dwar Transport Malta fejn hemm problema endemika ta’ taqlib sħiħ fejn qed jitwarrbu dawk li qed jimxi mal-liġi. Hemm ukoll problemi fuq il-pjanċi K, sostna Adrian Delia, li sostna li l-protezzjoni qed tingħata biss lil dawk il-ftit li qed jiksru l-liġi.
Id-deputat Nazzjonalista appella biex Transport Malta jitnaddfu mill-qigħ nett u sostna li l-akbar problema hi li fi żmien tliet snn oħra t-toroq Maltin se jkunu ġġammjati. Adrian Delia qal li l-gvern għażel li jkabbar l-ekonomija billi jkabbar il-popolazzjoni u kompla li l-karozzi qed jiżdiedu b’54 kuljum; li jammontaw għal 1,620 karozza iktar fix-xahar u 20,000 karozza fis-sena iktar.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li jeħtieġ li l-popolazzjoni ma tibqax titkabbar bl-istess rata tal-aħħar għaxar snin u magħha ma jkomplux jikbru wkoll it-tkabbir tar-rata ta’ l-karozzi. Jekk dan mhux se jsir allura l-problema se tkompli tikber, sostna Adran Delia, li kompla li l-investiment tal-pajjiż fit-trasport tal-massa għandu jsir b’mod immedjat.
Irid ikun ikkunsidrat li l-popolazzjoni żdiedet b’25% b’10 snin b’importazzjoni tal-persuni, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-gvern ma ħasibx għat-tkabbir tal-popolazzjoni.
Adrian Delia qal li għad m’hemmx qbil dwar dan għalkemm jidher li l-gvern qed jibdel l-aptit biex jaċċetta dawn is-soluzzjonijiet fejn issa Ministru Aaron Farrugia issa qed jirraġuna li l-pajjiż għandu jnaqqas l-użu takl-karozzi b’mod personali. Il-PL ilu 10 snin fil-gvern u għalhekk jeħtieġ li l-gvern jirrikonoxxi s-sitwazzjoni waqt li jagħmel pjan immedjat, pjan fil-qosor u pjan fit-tul.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern ma tgħallem xejn mill-benefiċċji li n-nies jaħdmu mid-djar kif għamlu fil-COVID. Hu semma’ l-iskemi tar-residenza u qal li dawn jistgħu jsiru minnufih.
Fil-pjan għal perjodu qasir għandhom ikunu kkunsidrati fejn jirriżulta li ż-żgħażagħ huma inqas disposti li jwarrbu l-karozza biex jużaw it-trasport pubbliku. Jeħtieġ li jsiru skemi kif iż-żgħażagħ jużaw it-trasport pubbliku, appella Adrian Delia, li tkellem ukoll dwar l-intelliġenza artifiċjali dwar it-traffiku u dwar it-trasport pubbliku u rotot speċifiċi u reġjonali.
Dwar il-pjan għat-tul jeħtieġ li jkun introdott trasport tal-massa ġdid u innovattiv. Hawn 430,000 vettura fit-toroq Maltin, sostna Adrian Delia, li qal li l-penalitajiet li se jkunu introdotti għandhom itejbu s-sitwazzjoni iżda hu fundamentali li l-problema tat-traffiku tingħata projortà fejn Transport Malta għandha titnaddaf mill-qigħ u wara jittiedu d-deċiżjonijiet dar l-aħjar toroq li jittieħdu.
//= $special ?>