Internazzjonali

L-INKURUNAZZJONI TAR-RE CHARLES: Programm Speċjali nhar is-Sibt li ġej fuq Net Television

Nhar is-Sibt li ġej, Net TV se jkun qed iwassal programm speċjali fil-ġurnata li fiha se ssir l-inkurunazzjoni tar-Re Charles III.

Il-programm se jibda fil-11am u se jkopri l-aqwa mumenti taċ-ċerimonja tal-inkurunazzjoni.

Madwar 2,000 persuna ġew mistiedna f’Westminister Abbey għal din iċ-ċerimonja uffiċjali – fosthom il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.

Dan filwaqt li mal-mument tal-inkurunazzjoni se jindaqqu 38,000 qanpiena f’diversi knejjes madwar il-pajjiż.

Il-ġurnata se tinkludi korteo u d-dehra tradizzjonali mill-gallarija tal-Palazz ta’ Buckingham. Charles se jiġi inkurunat bħala l-aktar Re anzjan fl-istorja tar-Renju Unit.

L-għada l-Ħadd, 7 ta’ Mejju, se jkun hemm kunċert mużikali u spettaklu ta’ dwal fil-Kastell ta’ Windsor.