Il-midfielder tat-tim nazzjonali Malti u ta’ Ħamrun Spartans Matthew Guillaumier rebaħ l-unur tal-Aqwa Plejer Maskili tal-MFPA filwaqt li l-attakkant tat-tim nazzjonali Malti u plejer ta’ Swieqi United, Jade Flask rebħet l-unru tal-Aqwa Plejer Femminili tal-MFPA.

Il-player ta’ Valletta Shaun Dimech rebaħ l-unru taż-Żagħżugħ tas-Sena filwaqt li Sara Saliba rebħet l-unur taż-Żagħżugħa tas-Sena. L-attakkant ta’ Sliema Wanderers Lydon Micallef rebaħ l-unur tal-Aqwa Attakkant u tal-Aqwa Plejer fiċ-Challenge League filwaqt li l-attakkant ta’ Senglea Athletic rebaħ l-unur tal-Aqwa Plejer fl-Amateur League.
Ir-referee Trustin Farrugia Cann rebaħ l-aqwa referee tal-istaġun. Matul l-istess serata kien preżentat ukoll il-Merit Award fejn dan ingħata lill-eks player ta’ Hibernians u Birkirkara Michael Spiteri.
//= $special ?>