Lokali Parlament

Meħtieġa kampanja ta’ edukazzjoni għal min isuq l-e scooters

Graziella Attard Previ, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ sostniet fil-parlament li għadha sir kampanja ta’ edukazzjoni għal min isuq l-e scooters biex jieqfu l-abbużi li qed jitwettqu.

Graziella Attard Previs qalet li l-e scooters qed jeffettaw id-9 u l-10 distrett b’mod partikolari Tas-Sliema u sostniet li kemm l-e scooters għandhom il-vantaġġi tagħhom partikolarment f’pajjiż bħal Malta fejn hawn problema kbira tat-traffiku u ta’ parkeġġ.

Irid ikun ikkunsidrat ukoll li dawn huma pass ‘il quddiem fil-kuntest tan-nuqqas ta’ tniġġiż tal-arja iżda f’Malta seħħu diversi inċidenti fejn persuni weġġgħu minħabba l-e scooters.

Dan ma jfissirx li dawn għadhom jiwtaqqfu iżda jeħtieġ li dawn ikunu regolarizzati aħjar biex ikunu protetti n-nies. Dawn issa se jkunu meqjusa bħala vetturi, spjegat id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-PN kien diġà ressaq propsti biex l-inkonvinjent għar-residenti u għas-sewwieq jitnaqqsu.

Il-gvern ftit ta widen ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li staqsiet kif se jsir l-infurzar effettiv partikolarment meta taħt dan il-gvern l-infurzar kien difettuż kif kien fil-kostruzzjoni u fl-iskart.

Attard Previ qalet li l-e scooters qed jintużaw ħażin f’ħafna ċirkostanzi għax qed ikunu ta’ periklu u inkonvinjent għar-residenti u għas-sewwieqa. F’ħafna ċirkostanzi, is-sewwieqa tal-e scooters jabbużaw mir-regolamenti tat-traffiku u anki jaslu biex joffendu lil min iwaqqafhom.

Dan hu ta’ periklu għaliex is-sewwieqa jirkbu anki persuna oħra fuq l-e scooters waqt li jipparkjaw l-e scooters bla ebda kunsiderazzjoni. Jeħtieġ li l-appelli tan-nies li ma jistgħux jmorru passiġġati jkunu mismugħa, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li appellat għal kampanja ta’ edukazzjoni qawwija għal min isuq dawn l-e scooters.

Graziella Attard Previ kompliet li pajjiżi Ewropew irregolarizzaw l-użu tal-e scooters fil-veloċità u fl-użu fosthom f’Ruma, f’Pariġi u f’Tel Aviv.